Sunday, July 27, 2025

Jiddaħlu l-Isptar wara li ħabtu bil-karozza ma’ arblu tad-dawl

Aqra wkoll

Żewġ persuni kellhom jiddaħlu l-Isptar wara li għall-ħabta tal-5.45am kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina Birkirikara.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li s-sewwieq, raġel ta’ 20 sena li kien qiegħed isuq karozza Mazda Demio tilef il-kontroll bil-konsegwenza li ħabat ma’ arblu tad-dawl. Miegħu fil-karozza kellu raġel ta’ 19-il sena.

Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei li wara li assistew lill-vittmi, ttieħdu l-isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport