Friday, November 15, 2024

“Jiddispjaċini … lil min se jżurni l-ħabs ngħidlu l-verità kollha”

Aqra wkoll

Ftit ħin biss wara li l-Imħallef tat is-sentenza lill-Aħwa Degiorgio wara li dawn biddlu l-fehma tagħhom biex ammettew għall-akkużi b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia nħolqot xi ftit tal-konfużjoni fl-awla.

Alfred Degiorgio, li kien ilu ħin twil fuq siġġu tar-rotti, qam biex jindirizza lil Peter Caruana Galizia, l-armel tal-vittma.

Filwaqt li esprima d-dispjaċir tiegħu għal dak li seħħ, sostna li xi darba toħroġ il-verità kollha u li jittama li kull min kien involut jieħu li ħaqqu. 

Filwaqt li Alfred qal li xtaq jgħid il-verità kollha lill-armel tal-vittma, xi nies preżenti ħaduha kontrih. Huwa nstema’ jgħid ukoll li kien se jgħid il-verità kollha lil min kien se jżuru l-ħabs.

Ekonomija

Sport