Saturday, December 21, 2024

Jieħdu punt kull wieħed f’logħba medjokri

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sirens …………0

Gudja Utd ….0

F’waħda mill-aktar partiti medjiokri ta’  dan l-is­taġun, Sirens u Gudja Uni­ted temmew fi draw ta’ mingħajr goals.

Kienet logħba ferm fqira biż-żewġ timijiet kienu bħal donnhom bdew jibżgħu li jkunu avventurużi u jieħdu riskju billi jersqu lejn il-lasti avversarji. Fil-fatt inkred­dibilment, ġiet innotata az­zjoni waħda biss denja ta’ nota b’Gudja joħolqu l-unika azzjoni denja ta’ nota lejn nofs it-tieni taqsima.

Dan minħabba li l-logħob kien wisq konċentrat f’nofs il-ground b’ħafna ideat konfużi … biex iż-żewġ goalkeepers rispettivi rari ħarġu qatra għaraq!!

Permezz ta’ dan il-punt miksub Gudja telgħu fid-disa’ post tal-klassifika fejn laħqu lil Mosta bi 11-il punt … wieħed aktar minn St Lucia li jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni flimkien ma’ Sliema Wanderers li jinsabu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika. Min-naħa tagħhom, Sirens baqgħu fit-tmien post. 

Għall-kronaka, fit-18-il minuta iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b’10 players meta kien hemm daħla kerha ta’ Tensior Gusman fuq il-goalkeeper ta’ Gudja, Glenn Zammit, biex ġie muri l-karta l-ħamra. Iżda d-drama ma waqfitx hekk kif Fernando Brandon b’rabja imbotta lil Tensior Gusman u kawża t’hekk tkeċċa wkoll.

Fit-53 minuta Gudja spiċ­ċaw jilagħbu b’disa’ players meta tkeċċċa Farid Romero Zuniga permezz wara foul ikrah li kkommetta fuq Carlo Zammit Lonardelli.

F’dik li teknikament kie­net l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, fit-63 minuta, Gabriel Mensah għal Gudja United kellu xutt fil-baxx mid-distanza jiġi devjat f’corner minn Sean Mintoff.

Fid-89 minuta, Alex Cini għal Sirens kellu xutt minn pożiżżjoni ideali jiġi salvat minn Glenn Zammit.

Fil-ħin miżjud, free-kick insidjuż tas-sostitut Bogdan Gavrila għat-team minn San Pawl il-Baħar għadda għoli.

SIRENS: 1-Jonathan Debono (13-Sean Mintoff 46), 2-Antonio Blanco, 9-Kemar Reid, 10-Fernando Brandon, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker (8-Rei Tachikawa 67), 21-Carlo Zammit Lonardelli, 22-Alex Cini, 23-Francis William Avoce (33-Vitor Vieira 67), 30-Carlos Riascos (18-Conor Borg 46), 31-Degran Jackson (7-Bogdan Gavrila 80)  – Coach: Winston Muscat

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 7-Aidan Jake Friggieri (92-Temitope Abdul 72), 8-Rodolfo Soares, 9-Tensior Gusman, 10-Llwelyn Cremona, 11-Filip Pankarican, 17-Gabriel Mensah (19-Ruslan Kisil 83), 23-Neil Tabone, 25-Farid Romero Zuniga, 28-Igor Dudarev, 99-Marcelo – Coach: Thane Micallef

REFEREE: Andrea Sciriha

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Thomas Debono

RABA’ UFF: Slawomir Olucha

AMMONITI: M.Dias, M. Dias (GU), R. Tachikawa, C. Zammit Lonardelli (S)

TKEĊĊEW: T. Gusman 18, F. Zuniga 53 (GU), F. Brandon 18 (S)

Ekonomija

Sport