Thursday, February 19, 2026

“Jien bniedem imħabbat. Nidħol f’kollox. Hekk nieħu gost. Imma se nammetti li nħossni waħdi ħafna drabi”

Aqra wkoll

Jien bniedem imħabbat. Nidħol f’kollox. Hekk nieħu gost. Imma se nammetti li nħossni waħdi ħafna drabi.

Ma qsamtha qatt din!

In-nies jaħsbuni li m’għandix ċans. Insib ħin għal kollox u ġieli nispiċċa nipprova nuri li ‘ara kemm għandi ħin.’ Hekk hu fil-verità. Xorta kapaċi nsib ħin għalik u għal min ikollu bżonni. Ħin biex inlesti li dak li suppost jagħmel ħaddieħor u ma jlestiehx. Ħin biex niltaqa’, nisma’, inparla u x’ma nafx iżjed.

Hemm min jgħidli li nagħmel ħażin li nkun ‘available’ dejjem u f’kull ħin. Imma m’għandix ħin biex nipprova nilgħab stil mod ieħor. Dak hu jien.

Tgħannieqa

– il-messaġġ ta’ Clifford Galea

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport