Saturday, December 21, 2024

“Jien irrid lill-Pa”

Aqra wkoll

“Jien irrid lill-Pa”. Din kienet xewqa ta’ tifel li lbieraħ filgħodu qasam ma’ sħabu fl-iskola Primarja tar-Rabat Għawdex jew kif inhi magħrufa aħjar “Happy school”.

Lelio Spiteri – il-Kap tal-Iskola msemmija kiteb fuq il-midja soċjali li “Inġbarna bħas-soltu għall-assemblea ta’ filgħodu. Wara l-mużika, it-talb u l-Innu Malti, wasal il-ħin biex nawguraw għeluq is-snin it-tajjeb lil tliet studenti.

“Staqsejthom x’jixtiequ għall-birthday. Iż-żgħir ma weġibx. Wieħed minnhom qal li ma jixtieqx jitlaq mill-iskola tagħna. Kien fadal l-aħħar wieħed. “U int x’tixtieq?” staqsejtu. “Jien irrid lill-pa!” Waqaft. Ksaħt.

“Skiet itarrax dewa mal-bitħa kollha. Il-messaġġ daħal f’kull widna, f’kull moħħ, sa nifed il-qalb.”

Ekonomija

Sport