Iċ-Chairman tal-Kumitat dwar abbozz 49 relatat mal-estenzjoni f’ċertu ċirkostanzi tal-perjodu ta’ arrest ta’ 48 siegħa Michael Farrugia talab il-protezzjoni parlamentari.
Farrugia qal li wara l-Kumitat, l-Onorevoli Karol Aquilina qallu “Ħa nżommha fil-komma”, “għadek ma tafx kemm inżommha, infakkarhielek u nibqa’ nfakkarhielek”, “U se nżommha mija fil-mija” u l-agħar waħda kienet “Jien nagħmilhielek u mhux infakkarhielek”.
Iċ-Ċhairman tal-kumitat kien ċar li fil-karriera politika tiegħu hu qatt ma hedded lil ħadd u mhux se jippermetti lil ħadd jhedded lilu.
Min-naħa tiegħu x-shadow minister tal-ġustizzja Aquilina qal li hu tela’ fil-laqgħa tal-kumitat, sab li l-laqgħa saret mingħajr il-membri tal-Oppożizzjoni u kien ċar li din l-imġiba ma kinitx aċċettabbli. Huwa qal ukoll li kien se jiżgura li dak li ġara ma jinteshiex u minnufih informa lill-Whip tal-Oppożizzjoni.