“Jien qatt ma ddejjaqt ngħid u qatt ma bżajt ngħid li jien Laburist…” Hekk stqarr il-Ministru Glenn Bedingfield waqt li kien qiegħed jindirizza l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.
Il-Ministru qal li “qiegħed fil-Partit Laburista għax nemmen fit-twemmin ta’ dan il-partit… Kull bniedem għandu jkollu opportunitajiet quddiem… kulħadd għandu dritt ikollu saqaf fuq rasu u dak kollu meħtieġ biex jgħix b’dinjità… Kulħadd għandu dritt għal xogħol diċenti…”
Dwar il-ħidma tiegħu bħala Ministru, qal li hu jemmen li kulħadd għandu dritt li jgħix fis-sigurtà ta’ daru. “Ħadna deċiżjonijiet li qegħdin iħallu l-ewwel riżultati… Pajjiżna mhux għaż-żufjett…” kompla jgħid il-Ministru Bedingfield.
Kien hawn li l-kelliem elenka d-diversi miżuri li daħlu fis-seħħ u inizjattivi oħrajn li qegħdin jitwettqu.
Il-Ministru Bedingfield tenna li l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga se tkompli tiħrax filwaqt li qal li se ssir riforma fil-liġi tal-immigrazzjoni.
