“Jiena qatt, qatt u qatt ma ordnajt il-qtil ta’ Caruana Galizia u ta’ ħadd”. Hekk xehed Yorgen Fenech fil-ġuri tiegħu seħħ fejn qiegħed jiġi mixli li kien hu l-moħħ wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Fix-xhieda tiegħu fost li tkellem dwar in-negozju tal-familja stqarr li lejn Settembru tal-2016, Keith kien għamel xi testijiet u kienu nstabu xi affarijiet abnormali. Yorgen introduċiħ għat-tabib ta’ missieru, u ġie direzzjonat li jmur barra minn Malta għal aktar eżamijiet mediċi. Meta telgħa l-Amerka, Keith, Yorgen kien mar ma’ Keith. F’ dak iż-żmien kien hemm l-elezzjoni ta’ President Amerikan u kien ġie elett għall-ewwel darba Donald Trump f’dik il-kariga.
Wara li waslu lura mill-Amerka, u Keith kellu djanjożu negattiva, hu kien iddeċieda li ma jidħolx għax-xogħol għal ftit.
Schembri kien mitħla tar-ranch u jum minnha qal lil Yorgen “nagħmlu ikla ħaruf?” Yorgen ċempel lil Melvin Theuma, għax dan kien jaf supplier tal-ħaruf, u talbu jara jsiblux wieħed.
Mistoqsi mill-Avukata dr Marco, ix-xhud qal li kien jaf lil Theuma mill-kors tal-Marsa minħabba li dan kien book maker. Lejn l-2012, Fenech kien l-uffuċju u Theuma mar ifittex lil Ray fl-uffuċju u ma dan ma kienx hemm. Kelmu minflok Yorgen.
Theuma kien qallu li kien xtrara taxi. Yorgen ma seta jagħmel xejn dwar xogħol għal Theuma bit-taxi. Wara li saret estenzjoni f’Portomaso, u kien hemm il-ħtieġa li jiżdiedu żewġ taxies, Fenech issuġġerixxa lil Theuma minħabba li kien jaf li qed ifittex xogħol bit-taxi. Il-management aċċetta u impjega lil Theuma li wkoll kien mitħla tar-ranch tal-familja Fenech.
Għal din l-ikla tal-ħaruf, li kellhu jkun hemm għaliha l-kuġini ta’ Fenech, zijuh u Yorgen, żdied mal-lista Melvin Theuma wara li offrielu Yorgen biex jekk ma għandux x’jagħmel, imur ibiddel u jerġa jiġi.
Dik il-ġimgħa tal-ikla, Caruana Galizia kienet kitbet fuq id-djanjosi ta’ Keith u dan “beda jitmasħan” fuq il-mejda. “Keith kellhu kważi fissazzjoni – kien itiha ħafna importanza” (dwar Daphne). Waqt l-ikla kien waqa’ d-diskors fuqha.
L-aktar li ħada bi kbira dwar il-kitba, għax Keith kien għadu ma qalx lil familja tiegħu. Melvin kompla ma’ Keith … “grafat mas-sitwazzjoni – kompla isaħnu”.
Wara li l-kuġini marru fuq is-sufan biex jagħmlu tournament tal-PlaySation, mal-mejda kien għad hemm Keith, Yorgen u Melvin li kien qed inaddaf. Melvin kien qal li hu malajr jeħles minnha u li faċli ssib kappell jiġih. Yorgen ħareġ ipejjep sigarett u Melvin u Keith baqgħu jitkelmu flimkien. Wara ftit spiċċa kollox u kulħadd telaq. Dan kollhu seħħ f’Novembru 2016.
Wara ftit ġimgħat, kien mar Melvin għal Yorgen, biex Fenech imur barra minn Malta. Malli daħal fil-karozza Yorgen, Melvin qabad mall-ewwel id-diskors fuq Caruana Galizia u kien qallu li kellem lil sħabu u “diġà qed jinħema pjan biex tinqatel Caruana Galizia”. Kien qallu wkoll li lesti biex imexxu, imma riedu €120,000. Yorgen qallu “inkelmek Melv, inkelmek”.
Yorgen iddeċieda, inizjalment li ma jgħidx lil Keith iżda filgħaxija ċempillu u qallu b’dak li qallu Melvin. Keith qallu “mexxi mexxi mexxi”.
Yorgen beda jħoss “xi ħaġa tqila”.
Meta wasal lura Malta, u Melvin reġ’a mar għal Fenench, fit-taxi qallu li kollox jinsab lest u li ħallas tletin elf ewro hu, minn butu “umbad nirranġaw”.
Marru l-uffuċju ta’ Fenech u dan tah ħamsin elf ewro mis-safe “biex ma tbatix flus inti” u qallu biex jieqaf kollox għax kemm hu u anke Keith ma ridux konnessjoni ma dawn l-affarijiet.
Wara ftit ġranet, Yorgen kien qal lil Keith u dan kien qallu “sewwa għamilt”.
Fi Frar tal-2017 Keith kien ċempel lil Yorgen u qallu biex jgħid lil Melvin li li kien qed jipprova jaqbdu permezz tal-customer care ta’ Kastilja u ma bediex jaqbad.
Ftit tal-jiem wara, Melvin kien staqsa lil Yorgen minfejn jidħol għal Kastilja u Yorgen kien staqsa lil Keith. Keith kien qallu biex jidħol mill-bieb tan-nofs.
Wara ftit, Melvin kien ċempel lil Yorgen u qallu li ingħata xogħol mal-Gvern.
Ix-xhud qed jiġi mistoqsi mill-avukata, dwar dak li kien qal Melvin fix-xhieda tiegħu dwar l-episodju tal-Blue Elephant, xi tlett ġimgħat qabel l-ewwel ta’ Mejju, meta allegatment Yorgen sejjaħ għal Melvin.
Innota li fi żmien li semma Melvin, f’April, Yorgen qas biss kien Malta u kien siefer għal kważi xahar fostom bejn il-15 u 22 ta’ April, l-Amerka bi Cruise. Ix-xhud qed jiġi muri ritratt mill-Cruise li kien fuqu li hemm id-data stampata wkoll. Qed tiġi murija wkoll il-credit card li kien uża Fenech waqt li kien fuq din is-safra mal-familja tiegħu. Qed jiġi muri wkoll il-passaport ta’ Yorgen li fuqu hemm timbru ta’ meta qasam fruntiera fl-Amerka waqt is-safra. Dan il-passaport qed jiġi muri wkoll lill-ġurati.
Mar Dubaj fit-2 ta’ Mejju u minn hemm ġie Malta. Dan kif anke jidher fuq il-Passaport ta’ Fenech.
Ix-xhieda ta’ Yorgen Fenech mistennija li tkompli…
