Tuesday, December 24, 2024

Jieqfu jaħdmu Facebook, Instagram u Whatsapp

Aqra wkoll

Jekk illejla pruvajt taċċessa waħda mit-tliet apps popolari – Facebook, Instagram jew Whatsapp – u ma ħadmitlekx, m’intix waħdek. Dan hekk kif għall-ħabta tas-5.45p.m. miljuni ta’ persuni madwar id-dinja bdew jesperjenzaw problemi biex jaċċessaw dawn l-apps hekk kif waqfu jaħdmu.

Għall-bidu ma ngħatat l-ebda raġuni minn naħa ta’ Facebook, li jmexxi dawn l-apps, ta’ għalfejn waqfu jaħdmu iżda aktar tard mal-jum huwa qal li jinsab konxju li hemm xi nies li ma jistgħux jaċċessaw dawn il-prodotti. Filwaqt li skuża ruħu għal kull inkonvenkent, Facebook qal li qed jaħdmu biex kollox jirritorna lura għan-normal mill-aktar fis possibbli.

Ekonomija

Sport