Friday, July 19, 2024

Jiftħu n-nominazzjonijiet għad-disa’ edizzjoni tal-Gozo Sports Awards

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li d-Direttorat tas-Servizzi għal Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ser jorganizza d-disa’ edizzjoni tal-Gozo Sports Awards fejn għal sena oħra, sportivi Għawdxin ser jiġu ppremjati għall-avvanzi tagħhom fid-diversi dixxiplini sportivi.

Assoċjazzjonijiet u klabbs huma mistiedna jissottomettu n-nomini tagħhom għal waħda jew aktar minn dawn il-kategoriji bbażati fuq wirjiet u kisbiet fis-sena 2023 f’avvenimenti li seħħew f’Għawdex, f’Malta jew barra minn Malta.

L-applikazzjonijiet, ser jiftħu llum, it-Tnejn 8 ta’ Lulju 2024, u jistgħu jimtlew online fuq gozo.gov.mt. Dawn għandhom jiġi sottomessi sa nofsinhar ta’ nhar l-Erbgħa 17 ta’ Lulju 2024.

Ir-riżultati ser jitħabbru waqt is-serata finali ser issir nhar l-Erbgħa 21 ta’ Awwissu, 2024.

Dawn huma l-kategoriji li se jkunu ppremjati:

  • Uffiċjal tas-sena: persuna li sservi fl-amministrazzjoni f’Assoċjazzjoni, Klabb jew avveniment
  • Kowċ tas-Sena: persuna kwalifikata li kienet ingaġġata minn Assoċjazzjoni, Klabb jew selezzjoni reġjonali
  • It-Tim tas-Sena: tim li rrapreżenta lill-Għawdex jew Klabb lokali
  • Rikonoxximent għal Atleta attiv ’l fuq minn 45 sena (magħżul mid-Direttorat tas-Servizzi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar)
  • Rikonoxximent għal Karriera Sportiva: (magħżul mid-Direttorat tas-Serizzi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar)
  • Rikonoxximent Specjali Special Olympics (magħżul mid-Direttorat tas-Servizzi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar)
  • Żagħżugħa promettenti: Żagħżugħa ta’ mhux aktar minn 21 sena li rrappreżentat lill-Għawdex jew Klabb lokali
  • Żagħżugħ promettenti: Żagħżugħ ta’ mhux aktar minn 21 sena li rrappreżenta lill-Għawdex jew Klabb lokali
  • Sportiva tas-Sena: Sportiva mhux nominata fil-kategorija Żagħżugħa Promettenti li rrappreżentat lill-Għawdex jew Klabb lokali
  • Sportiv tas-Sena: Sportiv mhux nominat fil-kategorija Żagħzugħ Promettenti li rrappreżenta lill-Ghawdex jew Klabb lokali

Ġie spjegat li individwi jistgħu jinnominaw individwu ieħor biss meta ma jkunx hemm klabb jew assoċjazzjoni tal-isport rispettiv. Fejn hemm assoċjazzjoni jew klabb, in-nominazzjonijiet ma jistgħux jiġu sottomessi minn individwi.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport