Wednesday, July 24, 2024

Jitħallsu aktar pagamenti lill-ġenituri ta’ studenti li komplew jistudjaw wara l-edukazzjoni sekondarja

Aqra wkoll

Sa tmiem din il-ġimgħa se jsiru aktar ħlasijiet tal-allowance tal-istudenti li jibqgħu jistudjaw wara l-edukazzjoni sekondarja. Fil-fatt ser ikunu qed jitħallsu 574 familja oħra b’investiment ta’ €290,000.

B’hekk, b’kollox, l-ammont ta’ familji li bbenefikaw s’issa qabeż l-10,000 waqt li n-numru ta’ studenti eliġibbli laħaq il-11,000.

Fuq dan il-benefiċċju biss, sa issa ġew investiti €5.5 miljun.

Dawk il-familji li qed jitħallsu fi tmiem il-ġimgħa jinkludu dawk li uliedhom jistudjaw f’istituzzjonijiet edukattivi privati jew barranin u każi oħrajn li ma kinux tħallsu f’Mejju minħabba li l-informazzjoni dwarhom kienet għadha mhux aġġornata.

Għad baqa’ 472 każ ieħor li qed jiġu vvettjati fejn qed isir tqabbil bejn id-data tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u dik tas-Sigurtà Soċjali. Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal qed jagħmel kull sforz sabiex dan il-proċess jiġi konkluż fl-iqsar żmien possibbli.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport