Tuesday, May 14, 2024

Jiġbru €1,620 wara li minflok rigali talbu donazzjoni għal Puttinu

Aqra wkoll

Normalment, meta jkollna xi okkażjoni speċjali, bħal għeluq sninna, il-praċett jew oħrajn, inkunu ilna noħolmu bir-rigali li nixtiequ nirċievu. Ngħiduha kif inhi, kulħadd jieħu gost li jaqla’ xi rigal ċkejken.

Però, hemm min l-hena tiegħu hija li jagħti, iktar milli jaqla’ r-rigali. Fosthom insibu lil Alex u Anna — kuġini li iktar kmieni din il-ġimgħa ċċelebraw l-Ewwel Tqarbina. Ix-xewqa tagħhom kienet li f’din l-okkażjoni speċjali tingħata donazzjoni lil Puttinu Cares minflok li jaqilgħu r-rigali.

Bis-saħħa tat-talba ta’ dawn iż-żewġt itfal, irnexxielha tinġabar is-somma ta’ €1,620.

Sport