Wednesday, May 15, 2024

Illum jibda d-dibattitu parlamentari dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum waranofsinhar mistenni jibda d-dibattitu fil-Parlament dwar l-emendi għal-liġi tal-IVF.

B’dawn l-emendi se tkun iffaċilitata d-donazzjoni tal-oocytes minn pajjiżi barranin, se jkun permessibbli t-trasferiment ta’ embrijuni krijo-priservati f’pajjiżi barranin lejn Malta sabiex l-IVF issir Malta stess u titneħħa l-affinità bħala ostaklu għad-donazzjoni tal-gamiti.

Se tiżdied ukoll l-entitlement tal-IVF mingħajr ħlas billi tiżdied l-età meta tista’ ssir l-IVF – sa 45 sena, jiżdiedu ċ-ċikli ta’ IVF bla ħlas, u jkun offrut is-servizz ta’ IVF anke lil min diġà għandu l-ewwel wild.

Barra minn hekk, it-tobba u speċjalisti se jkunu jistgħu wkoll jagħmlu użu mill-aħħar teknoloġija medika, sabiex ikun evitat stejjer ta’ qsim il-qalb ta’ trabi li jitwieldu b’ċertezza li se jmutu fi ftit ġimgħat jew xhur. 

“Illum ukoll, qabel id-dibattitu, bi trasparenza sħiħa se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra abbozz tal-protokol relatat ma’ dawn l-emendi,” qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’kumment li tefa’ fuq Facebook. “Sal-lum, bl-IVF twieldu 425 ħajja ġdida f’pajjiżna. Illum se nkomplu nżidu l-opportunitajiet għal aktar ħajjiet ġodda.”

Sport