Thursday, October 10, 2024

Jiġbru €1,100 għall-Puttinu Cares mill-funeral ta’ Miguel

Aqra wkoll

“Int kont tassew anġlu Miguel,” qalet Puttinu Cares filwaqt li rringrazzjat lill-familja tiegħu wara li taw donazzjoni ta’ €1,100 li nġabru matul il-funeral ta’ dan it-tfajjel.

Miguel kellu disa’ snin u sfortunatament matul dan ix-xahar huwa ħalla din id-dinja wara li kien iġġieled b’kuraġġ kontra marda kiefra. It-tfajjel kellu tumur rarissimu fil-moħħ.

Minkejja li huwa kellu biss disa’ snin, Puttinu Cares qalet li diġà kien jgħallimhom il-ħlewwa u x’inhi l-vera mħabba tant li fi żmien qasir ħalla impatt fuq kull min kien jafu. Miguel kien deskritt bħala tifel eċċezzjonali, edukat, sabiħ, bravu u determinat. Huwa kellu għall-qalbu l-football tant li kien jattendi l-Birkirkara FC Youth Academy għal diversi snin. 

Sport