Raġel 28 sena mis-Senegal kien arrestat ilbieraħ filgħaxija wara li nstab fil-pussess ta’ diversi tipi ta’ droga waqt ronda tal-pulizija f’San Ġiljan.

Ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija (1900hrs), żewġ uffiċjali li kienu fuq ronda bil-pass fi Triq San Ġorġ nnutaw persuna persuna taġixxi b’mod suspettuż.
Huwa kien imwaqqaf mill-pulizija u ġie arrestat kif ukoll saret tfittxija fuq il-persuna tiegħu.

Fil-but tal-qalziet nstabu 8 qratas b’sustanza bajda allegatament kokaina u pirmla suspettata ecstasy.
Minn hemm saru iżjed tfittxijiet fil-basket li kien qed iġorr u nstab ammont ta’ flus kontanti, kif ukoll iżjed sustanzi suspettati droga lesti għat-traffikar, fosthom 50 pakkett ta’ droga suspettata kannabis u 105 pirmli suspettati ecstasy.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat Dr Monica Galea LLD. Li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.