Sunday, December 22, 2024

Jiġi żvelat id-disinn tar-Reuse Centres li se jkunu qed jinfetħu aktar tard din is-sena

Aqra wkoll

Ix-xogħol fuq l-erba’ Reuse Centres li se jkunu qed jinfetħu fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff ta’ Ħal Luqa, Ħal Far, l-Imrieħel, u Tal-Kus f’Għawdex miexi ġmielu.

Dan hekk kif illum ġie żvelat id-disinn ta’ dawn iċ-ċentri li se jkunu qed joffru oġġetti użati li għadhom f’kundizzjoni tajba u li jistgħu jerġgħu jintużaw, bħal ċeramika, ġugarelli, kotba u biċċiet tal-għamara. 

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia żar iċ-Ċentru għall-Iskart Goff ta’ Ħal Luqa fejn seta’ jara xi oġġetti li se jkunu disponibbli f’dawn iċ-ċentri. 

Il-Ministru Farrugia qal li dan il-proġett huwa wieħed mill-aktar modi effettivi ta’ kif nistgħu nnaqqsu l-impatt tagħna fuq l-ambjent. Huwa qal li anke l-ħsieb wara dawn iċ-ċentri huwa wieħed sostenibbli u li jkompli jibni fuq il-kunċett ta’ ekonomija ċirkolari. 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Richard Bilocca qal li permezz ta’ dawn iċ-ċentri, WasteServ se tipprevjeni l-iskart billi tippromwovi l-użu mill-ġdid ta’ oġġetti li għadhom f’kundizzjoni tajba. Huwa qal li dawn iċ-ċentri se jippermettulna nkunu aktar responsabbli fil-konsum tagħna u anke aktar kreattivi peress li se jagħtu lok għal proġetti ta’ DIY fejn wieħed ħa jkun jista’ jsib oġġetti jew materjali li jgħinuk toħloq affarijiet ġodda u bi ftit flus. 

Dawn iċ-ċentri se jkunu qed jibdew jinfetħu sal-aħħar tas-sena. 

Ekonomija

Sport