Friday, April 26, 2024

L-eks President Afgan ħarab b’€140 miljun “biex ma jarax tixrid ta’ demm”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont rapporti barranin, l-eks President Afgan ħarab mill-pajjiż permezz ta’ ħelikopter. L-istess rapporti qed jistmaw li huwa ħa miegħu madwar aktar minn €140 miljun fi flus kontanti.

Ashraf Ghani ħarab mill-pajjiż il-Ħadd li għadda għax ried jevita li jara tixrid ta’ demm hekk kif it-Talibani ċċirkondaw il-belt ta’ Kabul.

Huwa jidher li ngħata għażil f’Dubaj fejn hu mifhum li miegħu ħa kemm felaħ ġid hekk kif skont ritratti miġubdin jidher li huwa kellu jħalli ħafna ġid warajh minħabba nuqqas ta’ spazju fil-ħelikopter.

Skont kelliem għall-ambaxxata Russa jidher li minkejja dan kollu huwa rnexxielu joħroġ mill-pajjiż erba’ vetturi mimlijin flus kontanti.

Ghani vjaġġa lejn Tajikistan iżda kellu jdawwar lejn Oman wara li l-uffiċjali ma tawhx permess jinżel. Minn hemm huwa kompla bil-vjaġġ tiegħu lejn Dubaj.

Sport