Sunday, May 5, 2024

Persuna waħda biss infettata bil-covid-19 fl-ITU

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,192 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 82 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 71 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 615.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 37 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 433 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sat-Tlieta ngħataw total ta’ 787,194 doża. Minn dawn 409,095 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 406,325 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport