Jiġu kkonfiskati għaxar scooters minn Transport Malta

Aqra wkoll

Waqt kontrolli li saru lbieraħ filgħaxija minn Transport Malta ġew ikkonfiskati għaxar scooters wara li nstabu mhux irreġistrati u mingħajr assigurazzjoni.

Dawn il-kontrolli wettqu mit-Tim ta’ Rispons Operattiv u t-Taqsima tal-Clamping ta’ Transport Malta f’diversi lokalitajiet, fosthom Birżebbuġa, Marsaxlokk, Tas-Sliema u San Ġiljan.

Fi stqarrija Transport Malta qalet li “r-reġistrazzjoni, il-liċenzja u l-assigurazzjoni huma rekwiżiti essenzjali. Dawn il-kontrolli jgħinu biex jiġi żgurat li s-scooters li jintużaw fit-toroq tagħna jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti u jsaħħu l-importanza ta’ użu responsabbli tat-toroq.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport