In-Norveġja qed iżommu lil Arsenal aġġornati dwar il-problema fl-għaksa ta’ Martin Odegaard, li ġarrabha fit-telfa ta’ 2-1 kontra l-Portugall fil-UEFA Nations League nhar il-Ħadd, wara daqqa qawwija minn Bernardo Silva, eks player ta’ Manchester City.
L-assistant coah tan-Norveġja, Brede Hangeland, żvela li t-tabib tat-team nazzjonali, Ola Sand, wettaq scans fuq l-għaksa ta’ Odegaard, li ma wrew l-ebda ħsara serja.
Din l-aħbar hija ta’ serħan għal Arsenal, li diġà tilfu lill-attakkant ewlieni Kai Havertz minħabba injury fil-hamstring fl-ewwel ġimgħat tal-waqfa internazzjonali.
Minkejja l-problema, Odegaard għadu jista’ jilgħab man-Norveġja fil-logħba tal-Nations League kontra Wales f’Cardiff nhar il-Ħamis. Il-captain ta’ Arsenal weġġa’ fl-aħħar fażijiet tat-telfa ta’ 2-1 kontra l-Portugall f’Oslo.
Il-player ta’ 27 sena spiċċa mal-art wara tackle tard u qawwi minn Bernardo Silva. L-azzjoni tal-player Portugiż dehret li ħalliet impatt fuq Odegaard hekk kif il-Portugall kienu qed jipprovaw iżommu l-vantaġġ tagħhom sal-aħħar.




