Wednesday, September 30, 2026
Home Sport Formula 1 : Haas itemmu l-kollaborazzjoni mas-sewwieq Esteban Okon

Formula 1 : Haas itemmu l-kollaborazzjoni mas-sewwieq Esteban Okon

0
48

Esteban Ocon jinsab f’taqtiegħa biex isalva l-karriera tiegħu fil-Formula 1 wara li Haas ħabbar li se jtemm il-kollaborazzjoni mas-sewwieq Franċiż fi tmiem l-istaġun. Ocon, li għandu 30 sena, ilu fil-Formula 1 mill-2016 u rebaħ il-Grand Prix tal-Ungerija fl-2021 ma’ Alpine. Huwa ngħaqad ma’ Haas fl-2025 wara li kien saq ukoll ma’ Manor u Force India.

Għall-2027 bħalissa m’hemmx post ċar għal Ocon fuq il-grid, iżda s-sewwieq insista li dan “assolutament mhux it-tmiem” tal-karriera tiegħu. Huwa qal li se jħalli l-proġett ta’ Haas b’rasu mgħollija u kburi bil-prestazzjonijiet tiegħu, minkejja d-diffikultajiet li kellu jiffaċċja.

Din is-sena Ocon qed jiġi megħlub minn sieħbu Oliver Bearman, li jinsab fit-13-il post fil-klassifika, tliet postijiet u 13-il punt quddiem il-Franċiż. Bearman għandu wkoll vantaġġ ta’ 13-6 fil-kwalifikazzjoni.

Il-kap ta’ Haas, Ayao Kumatso, faħħar il-professjonaliżmu u l-impenn ta’ Ocon, u rrikonoxxa l-kontribut tiegħu fl-iżvilupp tal-VF-26. Ocon, min-naħa tiegħu, qal li għadu motivat u determinat li jagħti kollox fit-tiġrijiet li fadal tal-istaġun.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here