Wednesday, September 30, 2026
Home Sport Ħames affarijiet li għandek tkun taf fuq Cristiano Ronaldo

Ħames affarijiet li għandek tkun taf fuq Cristiano Ronaldo

0
59

1. IMSEJJAĦ GĦALL-PRESIDENT TAL-ISTATI UNITI

Missieru għażel l-isem “Ronaldo” f’ġieħ Ronald Reagan, li kien President tal-Istati Uniti meta Cristiano twieled fl-1985.

2. TKEĊĊA MILL-ISKOLA GĦAX TEFA’ SIĠĠU

Ta’ 14-il sena, Ronaldo tkeċċa mill-iskola f’Lisbona wara li tefa’ siġġu lejn għalliem. Minn dak iż-żmien ’il quddiem iffoka kompletament fuq il-football.

3. IL-KUNDIZZJONI TAL-QALB LI KWAŻI WAQQFITU

Ta’ 15-il sena ġie dijanjostikat b’takikardija, kundizzjoni li setgħet thedded il-karriera tiegħu. Madankollu, operazzjoni ta’ suċċess bil-laser solvitlu l-problema.

4. M’GĦANDU L-EBDA TATTOO GĦAL RAĠUNI ALTRUWISTIKA

Ronaldo jevita li jkollu tattoo sabiex ikun jista’ jagħti d-demm u l-mudullun regolarment.

5. AKTAR MINN 100 GOALS GĦAL ERBA’ TIMIJIET U GĦAL PAJJIŻU

Huwa l-uniku player li skorja aktar minn 100 goal uffiċjali għal erba’ clubs — Manchester United, Real Madrid, Juventus u Al-Nassr — kif ukoll għat-team nazzjonali tal-Portugall.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here