Saturday, November 23, 2024

“Jiġu mumenti fejn naħseb li se nerġa’ narak, nerġa’ ngħannqek jew nerġa’ nbusek”

Aqra wkoll

Ir-raġel ta’ Miriam Pace b’messaġġ kommoventi biex ifakkar lil martu xahar mit-traġedja f’Santa Venera

“Jiġu mumenti fejn nibda naħseb li din il-ġrajja ma ġratx vera, allura se nerġa’ narak, nerġa’ ngħannqek jew nerġa’ nbusek. Iżda fl-istess ħin nirrealizza li dan il-ħsieb hija biss xewqa li ma tistax tiġi mwettqa.” Kien b’dawn il-kliem kommoventi li Carmel Pace, ir-raġel ta’ Miriam Pace, fakkar it-traġedja li xahar ilu ħasdet il-ħajja ta’ martu.

Miriam tilfet ħajjitha nhar it-2 ta’ Marzu li għadda wara li ġġarrfet id-dar li kienet fiha, maġenb is-sit ta’ kostruzzjoni li se jara l-bini ta’ blokka appartamenti u għadd ta’ garaxxijiet. B’rabta ma’ dan l-inċident il-Pulizija għamlet għadd ta’ arresti.

Miriam Pace tilfet ħajjitha nhar it-2 ta’ Marzu li għadda wara li ġġarrfet id-dar li kienet fiha, maġenb is-sit ta’ kostruzzjoni li se jara l-bini ta’ blokka appartamenti u għadd ta’ garaxxijiet

Intant fil-kumment tiegħu fuq il-midja soċjali, Carmel Pace kompla jfakkar fin-nuqqas ta’ martu fil-ħajja tal-familja, hekk kif irrefera għat-tbatija ta’ “aħna li għadna hawn”.

Tenna li n-nuqqas tagħha huwa wieħed kbir wisq, b’mod speċjali kif il-familja tagħhom spiċċat mingħajr l-imħabba materna minħabba “r-regħba ta’ ħaddieħor”.

“Inħobbok Mir,” itemm jgħid il-messaġġ.

Sport