Friday, November 15, 2024

Jim Ratcliffe ried jixtri l-club ta’ Barcelona

Aqra wkoll

Il-qagħda finanzjarja ħażina ta’ Barcelona mhijiex xi sigriet. Iżda s-sena li għaddiet setgħet ħadet xejra oħra. 

Dan minħabba li l-biljunarju Ingliż, Jim Ratcliffe, is-sid ta’ INEOS, għal offerta biex jixtri 50% tal-ishma tal-club. 

Ratcliffe sostna li kellu konverżazzjoni interessanti” mal-president tal-club, Joan Laporta, u kien imwerwer meta sema’ li l-bord kien se jbigħ xi wħud mid-drittijiet tat-TV biex jgħin itaffi l-kwistjonijiet finanzjarji.

Iżda hu kien ta parir biex ma jagħmlux dan il-pass iżda offra tliet biljuni biex jirrinovaw in-Nou Camp u jkollu 50% tal-ishma. L-interess tiegħu kien purament football u mhux biex jagħmel il-qliegħ. Iżda ried jagħmel patt bil-miktub li l-club qatt ma jkun għall-bejgħ. 

Iżda wara bosta taħdidiet, il-bord Katalan irtira minn dawn il-pjani. 

Bħalissa Ratcliffe, li huwa s-sid ta’ Nice, jinsab f’taqtiegħa mal-bankier mill-Qatar, is-Sheikh Jassim, biex jixtri l-club ta’ Manchester United. 

Ekonomija

Sport