Friday, April 26, 2024

Isir il-funeral tal-ġuvni maqtul mill-pulizija Franċiża… jiżdiedu l-protesti vjolenti

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata tal-lum, filwaqt li komplew il-protesti vjolenti madwar Franza, il-ġuvni li nhar it-Tlieta nqatel mill-Pulizija Franċiża ngħata l-aħħar tislima fis-suburb ta’ Pariġi – Nanterre.

Fl-lejl li għadda ġew arrestati aktar minn 1,300 persuna oħra minn madwar il-pajjiż kollu hekk kif id-dimostrazzjonijiet, il-vandaliżmu, is-serq mill-ħwienet kompla jintensifika.

Id-dimostrazzjonijiet ġew irrapportati fil-bliet ta’ Marseille, Lyon, Grenoble u anke f’partijiet minn Pariġi.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron akkuża lid-dimostranti li “qegħdin jużaw il-mewt tal-ġuvni biex joħolqu instabbilità politika fil-pajjiż” filwaqt li ħeġġeġ lill-ġenituri kollha biex iżommu lill-uliedhom id-dar u ma jingħaqdux mad-dimostranti.

Intant, il-Gvern Ingliż ħareġ twissija liċ-ċittadini tiegħu biex ma jivvjaġġawx lejn Franza b’mod partikolari lejn Pariġi. Il-Gvern Ingliż qal li konxju tal-fatt li fi Franza jmorru eluf kbar ta’ Ingliżi b’mod speċjali issa li beda s-Sajf, iżda bħalissa s-sitwazzjoni hija waħda instabbli ħafna.

Sport