Sunday, December 22, 2024

JIMBUTTAW GĦAL ARMATA EWROPEA

Aqra wkoll

Ilbieraħ iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea ivvutaw biex jeleġġu ir-rappreżentanti tagħhom fil-Parlament Ewropew. Elezzjoni importanti ħafna kemm għax fiha l-popli jeleġġu ir-rappreżentati tagħhom fil-Parlament Ewropea kif ukoll minħabba l-isfidi li l-istess Unjoni Ewropea qiegħda u mistennija tiffaċċja fix-xhur li ġejjin.

Sfidi li jvarjaw mill-mod kif se tkun qed titratta kunflitt fuq l-għatba tagħha bħal dik tal-Ukrajna, il-kunflitt fil-lvant nofsani, sa kwistjoni oħra marbutin mal-bidla fil-klima, u miżuri ta’ awsterità li mistennija jiddaħħlu f’għadd ta’ pajjiżi minħabba id-deficits tagħhom.

Il-gwerra fl-Ukrajna mistennija tkun fost it-temi l-aktar diskussi fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Smajna fl-aħħar ġimgħat u anke kien hemm summit Ewropew, kif hemm pjani biex l-Unjoni Ewropea iżżid l-għajnuna tagħha lill-Ukrajna biex tkompli bir-reżistenza tagħha kontra ir-Russja.

Ma ninsewx li għal xi żmien, kienet qed titmexxa l-idea li kien se jkun hemm avvanzi mill-Ukreni biex jakkwistaw lura territorji li ttieħdu, xi ħaġa li ma mmaterjalizzatx. Ovvjament wieħed irid jistenna ħalli jara xi żviluppi se jkun hemm wara ir-riżultat tal-blezzjonijiet għall-membri Parlamentari Ewropej.

Jeżistu vuċijiet li qegħdin dejjem jiżdiedu li qegħdin jitkellmu fuq ilbżonn ta’ ftehim ta’ paċi. Minkejja dan, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea baqgħet dik li tgħin militarment lill-Ukrajna.

M’hemm ebda dubju li l-għajnuna mogħtija mill-Unjoni Ewropa lill-Ukrajna, tmur kontra l-ispirtu tat-twaqqif tal-Unjoni Ewropea. L-ispirtu tat-twaqqif
tal-Unjoni Ewropea kien jgħid ċar u tond li tara li ma jkunx hemm aktar gwerer fl-Ewropa. Sfortunatament f’dan il-kunflitt, għall-ewwel darba rajna l-Unjoni Ewropea tgħin finanzjarjament pajjiż ieħor li jinsab fi gwerra.

Mhux biss imma smajna dikjarazzjonijiet ċarissimi li sejħu biex l-Unjoni Ewropea tarma lilha nfisha militarment. L-Unjoni Ewropea twaqqfet proprjament biex ssaltan il-paċi fl-Ewropa. Twaqqfet wara it-Tieni Gwerra Dinjija bil-għan li ma jkollniex iktar gwerer fl-Ewropa.

L-għan kien wieħed ċar ħafna dak li bi d-djalogu u d-diplomazija jieħdu post kull kunflitt. Imma llum jidher li dan qed jitwarrab jew qed ikun injorat. Jidher li kważi 80 sena bla gwerra fl-Ewropa issa qegħdin jittieħdu qisu xejn mhu xejn. Illum
qegħdin jitkellmu kif se jinvestu fl-armi, kif se jinħolqu aktar armi sofistikati.

Dawn mhumiex dikjarazzjonijiet li qegħdin isiru bil-moħbi. Huma dikjarazzjonijiet li qegħdin isiru fil-pubbliku. Għal dawn l-aħħar xhur konna qegħdin nisimgħu lill-President tal-Kummissjoni Ewropea von der Leyen titkellem fuq aktar armamenti u nefqa akbar fuq il-militar u kif il-Kummissjoni ser tkun qed tilħaq din il-mira prinċipali tagħha fil-leġiżlatura li jmiss.

Smajna wkoll lill-President tal-Partit tal-Popolari Ewropew (PPE) Manfred Weber, li minnu jagħmel parti l-Partit Nazzjonalista, jgħid li jrid li l-Unjoni tinvesti fl-armi nukleari. Rajna lil akbar grupp tal-Parlament Ewropew – ilGrupp tal-Partiti Popolari, li kien ipproponiali jitneħħa l-irwol tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni
għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

Din hi pożizzjoni li hija ċentrali għall-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni Ewropea u li tassigura li l-iStati Membri jitkellmu b’vuċi waħda. Din hi kariga li turi li fejn tidħol il-politika barranija, il-politiak ta’ sigurtà u ta’ difiża, l-Unjoni Ewropea titkellem b’vuċi waħda.

Titkellem bħala blokk wieħed. Issa qiegħed ikun propost li l-pożizzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jinqasam fi tnejn.

Dan ifisser li qegħdin jipproponu li jkun hemm Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, u li jkollna r-responsabbiltà tal-parti l-oħra kkonċernata mid-difiża u s-sigurtà, iġifieri deċiżjonijiet sensittivi li s’issa jittieħdu b’unanimità bejn l-Istati Membri kollha, tgħaddi għand il-Kulleġġ tal-Kummissjoni Ewropea minflok tibqa’ tkun immexxija mir-Rappreżentant Għoli b’konsultazzjoni u approvazzjoni
sħiħa mill-pajjiżi kollha.

Din hi mossa li se tkun qed issikket pajjiżi li bħalissa mhux jaqblu ma’ ċertu direzzjonijiet li qegħdin jittieħdu. Din il-proposta li qed tagħmel hu li twarrab
fil-ġenb lil dawn il-pajjiżi.

U ma tridx tmur il-bogħod biex tinduna għaliex dan kollu qiegħed isir. L-għan hu wieħed biss. Dak li jitwettaq dak li ilu ħafna jiġi ppjanat imma dejjem inżamm lura. Dan hu dak tal-proġett ta’ armata Ewropea.

Ekonomija

Sport