Saturday, December 21, 2024

Jindarab gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel ta’ 49 sena residenti l-Imġarr qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fi Triq l-Imrieħel, Birkirkara.

Kien għall-ħabta tas-7.30 a.m. x’ħin il-Pulizija kienet infurmata li seħħet ħabta bejn Volkswagen Bora, misjuqa mir-raġel ta’ 49 sena u Toyota Townace, misjuqa minn raġel ta’ 78 sena residenti l-Gżira.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 49 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport