Friday, December 13, 2024

Jindarab gravi f’inċident bil-mutur fir-Rabat

Aqra wkoll

Raġel ta’ 59 sena residenti Ħaż-Żebbuġ weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur.

Dan seħħ għall-ħabta tal-11.30a.m.  fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, ir-Rabat. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Fiesta, misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti r-Rabat, u mutur Yamaha 400, misjuq mill-vittma. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport