Tuesday, April 30, 2024

Omm Ukrena deskritta bħala ‘eroj’ wara li mietet tissielet il-forzi Russi

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bosta persuni sellmu l-memorja ta’ Olga Semidyanova li, skont dak li jiġi rrappurtat, mietet tissielet il-forzi Russi ġewwa l-Ukranja.

Il-familja ta’ Olga, omm ta’ 48 sena, jaħsbu li mietet wara li ntlaqtet fl-istonku waqt li kienet tinsab fir-reġjun ta’ Donetsk.

Rapporti qalu li l-familja tagħha tinsab qalbha maqtugħa għax ma setgħetx tirkupra l-ġisem tagħha hekk kif qed ikompli l-ġlied fl-inħawi. Skont il-familja, Olga għenet issalva lil persuni oħra qabel ma mietet.

Bint Julia qalet li għandhom ritratti ta’ fejn sfortunatament mietet ommha iżda minħabba l-ġlied kbir preżenti għadhom ma jistgħux jidfnuha.

Anton Gerashchenko, konsulent tal-Ministeru tal-Intern tal-pajjiż, qal li nqatlet f’konfront ma’ membri tal-forzi Russi.

Innota kif hija enfasizzat ix-xewqa tagħha li tipproteġi l-pajjiż sal-aħħar. Għaldaqstant, huwa ddeskriva lil Olga bħala eroj nazzjonali.

Olga, li adottat sitt itfal orfni, kienet ingħatat it-titlu ‘Mother Heroine’, mogħti lill-ommijiet li għandhom aktar minn ħamest itfal, tirrapporta The Sun.

Sport