Franċiż ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.00p.m. fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-Franċiż tilef il-kontroll tal-mutur NIU N1S li kien qiegħed isuq u waqa’.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.