Tuesday, May 21, 2024

Cristiano Ronaldo …. falliment ma’ Juventus?

Aqra wkoll

Hekk kif għalaq is-suq tat-trasferimenti, l-aktar żewġ trasferimenti li ġibdu l-attenzjoni kienu dawk ta’ Lionel Messi li minn Barcelona ssieħeb ma’ Paris St Germain u dak ta’ Cristiano Ronaldo li minn Juventus ingħaqad ma’ Manchester United. 

Iżda kemm verament (fis-sentejn snin minn tlieta li lagħab ma’  Juventus), Ronaldo kien suċċess? …. għax il-Bianconeri kienu ffirmawh fit-tentattiv li jirbħu l-UEFA Champions league

Tnax-il xahar biss qabel, fl-2017, l-attakkant Portugiż kien itturmenta lil Juventus fil-finali taċ-Champions League li kienet intlagħbet f’Cardiff, billi skorja wkoll żewġ fir-rebħa ta’ Real Madrid bl-iskor ta’ 4-1. 

Dan kien ifisser li l-Bianconeri kienu reġgħu fallew milli jirbħu l-akbar unur fil-football Ewropew mill-1996.   

Għaldaqstant, Juventus kienu ħadu lil Ronaldo fl-Allianz Stadium bil-għan li jmexxihom għall-akbar premju.  

U għal dan il-għan kienu ħallsu €100 miljun f’dak li mill-ġurnali kien issejjaħ “il-colpo del secolo”. 

Huma kienu rebħu wkoll il-kampjonat għas-seba’ konsekuttiva qabel il-wasla tiegħu fejn kulħadd kienu qed iqis lil Ronaldo bħala l-”biċċa nieqsa” biex ikunu team komplet li jisfida għar-rebħ taċ-Champions League. 

Domestikament huma kienu l-aqwa team u huwa kompla jgħin li t-team jirbaħ l-unuri fl-Italja.

Iżda l-pjan falla kompletament, tant li bdiet tikber il-frustrazzjoni fost il-partitarji, id-diriġenti u anke fost il-players li Ronaldo ma rnexxielux iwassal “il-vapur fil-port Ewropew”.

Il-pressjoni fuq l-attakkant Portugiż  bdiet tikber aktar u kulħadd beda jipponta s-swaba’ lejh għall-fatt li fl-etá ta’ 35 sena kien l-aktar player imħallas fl-Italja. 

U fil-bidu ta’ dan l-istaġun huwa ssorprenda lil kulħadd meta wara li ġie utlizzat bħala sostitut fid-draw ta’ 2-2 kontra Udinese … huwa talab li jitlaq mill-club. 

Juventus mill-ewwel irreċiprokaw biex telaq sena qabel ma ntemmlu l-kuntratt. Kollox kien qed jindika li kien se jingħaqad ma’ Manchester City … iżda dawn irtiraw minħabba l-fatt li ma riedux iħallsu salarju ta’ kważi £500,000 fil-ġimgħa … biex dawwar ir-rotta lejn ir-rivali tal-istess belt, Manchester United … fejn irritorna f’Old Trafford wara 12-il sena hekk fl-2009 kien ingħaqad ma’ Real Madrid.  

Sport