Home Aħbarijiet Kronaka Jindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan

Jindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan

0
Jindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan

Franċiż ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.00p.m. fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan. 

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-Franċiż tilef il-kontroll tal-mutur NIU N1S li kien qiegħed isuq u waqa’.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.