Saturday, December 21, 2024

Jindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Reġjonali, taħt il-mini ta’ Santa Venera. 

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda SH150 misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 29 residenti Ħaż-Żebbuġ. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport