Wednesday, April 24, 2024

Jindarab gravi wara li nqabad bejn il-bieb tal-garaxx u vettura

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Ġwann Mamo, ĦaL Luqa. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li vettura Tata nieżlet ir-rampa ta’ garage bil-konsegwenza li raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Luqa, spiċċa maqbud bejn il-bieb tal-garaxx u l-vettura . 

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport