Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-Dalgħodu, għall-ħabta tat-7:40 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Taljan ta’ 56 sena residenti Birkirkara, sofra xi ġrieħi meta inqabad bejn trailer u makkinarju li kien qed iħaddem.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku fuq il-post, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.