Thursday, April 18, 2024

Salernitana jiċħdu li jinsabu interessati f’David Luiz

Aqra wkoll

Id-direttur sportiv ta’ Salernitana Angelo Fabiani ċaħad li l-club jinsab interessat fl-akkwist ta’ David Luiz:‘ It-tieqa tat-trasferimenti tagħna hija magħluqa bl-iffirmar ta’ Franck Ribery.’

Il-leġġenda ta’ Bayern Munich iffirma kuntratt ta’ sena mat-team tas-Serie A li għadu kemm ġie promossa u ġie żvelata f’konferenza stampa lbieraħ.

Id-direttur sportiv tal-club Fabiani tkellem quddiem l-ex player internazzjonali ta’ Franza, u ċaħad rapporti li David Luiz se jsegwi lil Ribery f’Salerno.

“Nixtieq nirringrazzja lill-aġent ta’ Franck, Davide Lippi għax ġiegħlu jifhem xi tfisser li tilgħab għal Salernitana,” qal Fabiani.

“Bl-iffirmar ta’ Ribery, it-tieqa tat-trasferiment tagħna għalqet hawn.”

L-ex difensur ta’ Chelsea u Arsenal David Luiz kien ġie marbut ma’ pass lejn Salernitana, iżda l-Granata għamluha ċara li Ribery se jkun l-aħħar firma tagħhom dan is-sajf.

David Luiz ukoll ċaħad ir-rapporti ta’ pass potenzjali lejn Salernitana bi storja fuq Instagram.

“Kuljum nsiimgħu b’aħbarijiet foloz differenti,” huwa kiteb.

“Huwa f’idejna li nagħżlu dak li rridu nemmnu.”

David Luiz, ta’ 34 sena, ra l-kuntratt tiegħu ma’ Arsenal jiskadi f’Ġunju li għadda u għalhekk bħalissa huwa disponibbli bħala free agent.

Ekonomija

Sport