Tuesday, April 30, 2024

Jindarab gravi wara li nqabad bejn trailer u makkinarju f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-Dalgħodu, għall-ħabta tat-7:40 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq in-Naxxar, Birkirkara. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Taljan ta’ 56 sena residenti Birkirkara, sofra xi ġrieħi meta inqabad bejn trailer u makkinarju li kien qed iħaddem. 

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku fuq il-post, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport