Tuesday, April 30, 2024

Isofri ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq kontejner f’Ħal Far

Aqra wkoll

Żagħżugħ sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta 9:00 a.m kien involut f’inċident fuq il-post tax-xogħol fiż-Żona industrijali ta’ Ħal Far. 

Minn stħarriġ li sar irriżulta li ħaddiem kien waqa’ minn fuq kontejner tal-merkanzija. 

Iż-żagħżugħ, Somalu ta’ 24 sena, ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet. 

Sport