Wednesday, April 24, 2024

Andreas Christensen interessat li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Chelsea, Andreas Christensen, ta x’jifhem li hu interessat li jiffirma kuntratt ġdid mal-club, bil-ftehim attwali tiegħu jiskadi s-sena d-dieħla.

Id-difensur ċentrali Daniż kien element ewlieni fil-formazzjoni ta’ Chelsea minn meta Thomas Tuchel ħa l-kontroll tal-Blues fl-istaġun li għadda, u diskussjoni dwar estensjoni ilha ssir b’mod konsistenti minn dak il-punt.

Christensen, li s’issa beda kull logħba fil-Premier League dan l-istaġun, qed jinnegozja biex iżid snin addizzjonali mal-kuntratt kurrenti tiegħu.

Id-difensur huwa prodott tal-akkademja ta’ Chelsea, u ngħaqad mal-iskwadra tal-ewwel team fl-2013 fejn lagħab 77 darba għall-Blues matul il-karriera tiegħu, inkluża dehra fil-finali taċ-Champions League kontra Manchester City.

Il-kuntratt ta’ Christensen jispiċċa fi tmiem dan l-istaġun u l-club issa qed jaħdem biex jestendi dak il-ftehim sabiex iżommuh ma’ Chelsea għall-futur prevedibbli.

Sport