Tuesday, April 30, 2024

L-Air Malta Tadotta Lingwaġġ Newtrali għall-Ġeneru

Aqra wkoll

Id-diversità u l-ugwaljanza huma valuri ewlenin għall-Air Malta, u l-linja tal-ajru tilqa’ lill-klijenti kollha tagħha, irrispettivament min-nazzjonalità, ir-razza, l-ideoloġija politika, r-reliġjon u s-sess tagħhom.

F’komunikat interna lill-impjegati tal-Air Malta, ċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Air Malta David G Curmi saħaq, “Storikament ilqajna lill-klijenti tagħna bħala “Sinjur” u “Sinjura”. ’Il quddiem l-impjegati tagħna li jkollhom kuntatt dirett mal-klijent se jibdew jadotta lingwaġġ newtrali għall-ġeneru bħal “Klijenti” u tislijiet aktar ġeneriċi. Dan għandu japplika meta nindirizzaw lill-klijenti tagħna, kemm waqt xi titjira kif ukoll fuq l-art.

“Għal linja tal-ajru bi klijentela multikulturali, l-inklużjoni hija valur importanti ħafna, u rridu nesprimu din il-bidla fl-attitudni fil-lingwaġġ tagħna wkoll,” esprima ċ-Chairperson Eżekuttiv.

’Il quddiem, l-Air Malta se tkun qed tagħmel ukoll bidliet lingwistiċi fid- dokumentazzjoni tal-kumpanija kollha tagħha inklużi l-kuntratti u l- manwali tal-operat.

Sport