Friday, April 19, 2024

Emiliano Martinez minflok Jan Oblak bejn il-lasti ta’ Atletico Madrid?

Aqra wkoll

Atletico Madrid qed jikkunsidraw lill-goalkeeper ta’ Aston Villa Emiliano Martinez bħala sostitut possibbli għal Jan Oblak.

Oblak ilu l-goalkeeper numru 1 ta’ Diego Simeone għal dawn l-aħħar sitt snin, iżda huwa maħsub li huwa miftuħ għal sfida ġdida wara li daħal fl-aħħar sentejn tal-ftehim tiegħu ma’ Atletico.

Wara li ċedew lil Ivo Grbic lil Lille, Atletico akkwistaw lil Benjamin Lecomte mingħand Monaco b’self fis-sajf, iżda Simeone se jkun fis-suq għall-goalkeeper ġdid jekk is-sena d-dieħla jinbiegħ Oblak li jinsab marbut ma’ Chelsea.

Martinez – li kien fiċ-ċentru tal-fjask tal-Arġentina marbut mal-COVID kontra l-Brażil fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet – jinsab fuq ix-short list ta’ Atletico wara l-wirjiet stellari tiegħu ma’ Aston Villa.

Il-goalkeeper ta’ 29 sena kellu 15-il clean sheet fi 38 logħba tal-Premier League l-istaġun li għadda wara esperjenza qasira fl-ewwel team ta’ Arsenal, u Atletico qed jistennew li Martinez jiswa inqas minn dak li jirċievu mill-bejgħ potenzjali ta’ Oblak.

Martinez inħeles mill-Arġentina flimkien ma’ Emiliano Buendia wara l-avvenimenti kontra l-Brażil, bl-awtoritajiet daħlu fil-ground biex iwiddbu liż-żewġ players – flimkien ma’ Giovani Lo Celso u Cristian Romero – minħabba allegat ksur ta’ liġi marbuta mal-Covid-19.

Sport