Sunday, December 22, 2024

Jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Raġel ta’ 58 sena residenti l-Ħamrun weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.00p.m. fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura Honda Fit, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 47 sena residenti Tal-Pietà.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport