Raġel ta’ 51 sena sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Kentoya u waqa’.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ 12.00p.m. fi Triq Kemmuna, f’Għajsielem.
Tim mediku mar fuq il-post biex jassistu lis-sewwieq u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.