Friday, November 22, 2024

Jindarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fil-Mellieħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Assedju l-Kbir fil-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ġermaniż ta’ 37 sena residenti l-Mellieħa għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur Husqvarna li kien qiegħed isuq u waqa’.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport