Friday, May 17, 2024

Jindarab gravi wara li waqa’ bil-mutur fis-Sannat

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tan-nofsiegħa kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ Sannat fis-Sannat.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 39 sena residenti l-Munxar, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Generic, u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport