Thursday, October 10, 2024

Jindarab gravi wara li waqa’ minn għoli f’Marsaxlokk

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tat-8:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza fejn l-irdum ta’ San Luċjan, Marsaxlokk.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien hemm raġel ta’ 36 sena min-Nepal li waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari u sofra ġrieħi f’saqajh.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejħa fuq il-post sabiex itellgħu lir-raġel, minħabba li fejn kien jinsab ma setax jintlaħaq mill-paramediċi.Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Sport