Tuesday, December 24, 2024

Jindarab serjament f’inċident bil-mutur f’Tal-Pietà

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żagħżugħ indarab serjament wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ż-żagħżugħ; Albaniż ta’ 22 sena mill-Belt Valletta kien tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u daħal fi crash barrier.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew liż-żagħżugħ sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar għall-kura neċessarja.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport