Saturday, December 21, 2024

Jindarab serjament wara li waqa’ minn fuq is-serkin waqt tiġrija fil-Marsa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żagħżugħ ndarab serjament wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ fil-Korsa l-Antika tal-Marsa.

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li żagħżugħ ta’ 28 sena residenti Tal-Pietà kien sofra xi ġrieħi wara li waqa’ minn fuq is-serkin waqt tiġrija fil-Korsa l-Antika tal-Marsa.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li ħadu liż-żagħżugħ lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport