Saturday, December 28, 2024

Jindarab serjament wara li waqa’ minn gallarija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 59 sena residenti Raħal Ġdid sofra ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular minn gallarija.

Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.15p.m. fi Triq Ġebel Ħanxul, Wied il-Għajn.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq li-post u l-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post biex jassistu.

Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport