Kif kien imbassar skond ir-rapport meterjoloġiku, is-Sibt wara nofsinhar kien kkarraterizzat minn ħalbiet tax-xita iżolati f’diversi lokalitajiet madwar Malta.
Is-sit meterjoloġiku juri li x-xita laqtet b’mod partikolari n-naħa ta’ fuq u n-naħa ta’ isfel ta’ Malta inkluż Għawdex.
Intant kawża tax-xita kellhom jitwaqqfu temporanjament il-logħob tal-futbol tal-ogħla diviżjoni.
L-ogħla temperatura għal-lum ser tkun ta’ 21°C, li tinżel għal 15°C u tinħass 14°C iktar tard illejla. Barra minn hekk, il-possibiltà li jkollna maltemp bis-sajjetti hija ta’ 35%.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/11/WhatsApp-Image-2022-11-12-at-3.59.47-PM-1024x1024.jpeg)
Is-sit tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jsemmi wkoll li matul il-jum tal-Ħadd mistennija aktar ħalbiet iżolati tax-xita.